Karti bil-Bajd inħoloq għal skop uniku, dak li jippromwovi l-użu tal-lingwa Maltija korretta, li fid-dinja diġitali tal-lum saret tant skarsa.

Għalkemm hija logħba ċajtiera u sarkastika, l-intenzjoni tagħna b’dawn il-logħob hu li nilħqu l-maġġoranza tal-udjenza żagħżugħa Maltija, u nfakkruhom jużaw il-lingwa Maltija. Nuruhom ukoll li logħba bil-Malti tista’ tkun tal-istess divertiment bħal dawk il-logħob bl-Ingliż, jekk mhux aktar.

“Waħda mill-akbar sfidi li ffaċċjajna hu li ħadd minna ma jaf jikteb il-Malti għax qisna torot, naħseb indunajtu b’xi żbalji, però qed nagħmlu l-almu tagħna. Wara ħidma ta’ ġimgħat sħaħ, nista’ ngħid li tgħallimt ħafna. Aktar espożizzjoni tal-Malti fil-midja diġitali tistgħa jgħin lill-individwi jerġgħu jiftakru sabiex jużaw il-lingwa tagħna wkoll ma tintilifx. 

Waħda mill-akbar diffikultajiet li rajt, hija li diffiċċli MMENS issib Malti miktub tajjeb fuq l-Internet. U dan huwa ta’ periklu kbir għall-lingwa Maltija hekk kif il-bnedmin qed fi stat ta’ transizzjoni, fejn l-informazzjoni kollha li jikkonsumaw hija dik meħuda online u mill-internet.” 

Qiegħdin naħdmu fuq ħafna proġetti ġodda li jinvolvu l-użu tal-lingwa Maltija, (immirat lejn żgħażagħ u anke etajiet oħrajn), kif ukoll kliem bil-Malti li m’għadhomx jintużaw fid-dinja tal-lum, sabiex nipprovaw kemm jista’ jkun insalvaw frażijiet u nkunu minn tal-ewwel li niddedikaw kontenut fuq l-internet b’Malti miktub tajjeb. U b’hekk inkunu qed nagħmlu sforz żgħir biex ngħinu l-ilsien Malti li għandna tant inkunu kburin bih.


EARLY ACCESS


Input your email to be part of our early access community for product launches!

×
New Order!
Add to cart
[]