KIF TILGĦAB ĦBIEB TAL-ĦARA

Il-logħba tinkludi 4 modi differenti kif tista’ tilgħab. L-ewwel mod li se tara huwa l-oriġinali (jintużaw il-karti kollha). Biex tara modi oħra kif tilgħab, kompli niżżel l-isfel kurnut.
Qabel tilgħabu, kunu avżati li l-logħba tinkludi sfidi bix-xorb, għalekk il-logħba hija maħsuba għal udjenza matura (17+). Ixorbu b’responsabbilta! Apparti minn hekk, tajjeb li tkunu tafu li mhux bilfors trid tixrob biex tilgħab Ħbieb tal-Ħara. 

1. Qassmu l-Voti

Qassmu l-karti tal-Ħarraj biex kulħadd ikollu waħda. Importanti li wara kull rawnd, kulħadd jerġa jiġbor il-vot. Biex tilgħabu b’mod anonimu, iftħu il-mowbajl app.

2. Ifirdu il-Mazz tal-Mistoqsijiet u Sfidi

Fin-nofs irid ikollkom żewġ mazzi tal-karti. Wieħed għal mistoqsijiet u ieħor għall-isfidi.

3. Ħudu karta tal-Mistoqsijiet

L-aħħar persuna li ħara llum jibda jaqra l-ewwel mistoqsija lil grupp.

4. Ivvotaw

Kull plejer irid jivvota billi jqassam il-karta tal-Ħarraj lil min jaħseb li taqbel miegħu l-mistoqsija. Jekk qed tilgħabu bl-app, kulħadd irid jivvota mill-istess mowbajl meta jkun imissom. Ara ħadd ma jieħu għalih, tkunux qiskom il-pastizz.

5. Waslet l-isfida hero

Il-plejer bl-aktar ammont ta’ voti jrid jżomm il-karta tal-mistoqsija li biha ġie magħżul u jieħu karta tal-isfidi, u jekk hu bieb żobbu jagħmilha. Dawn l-isfidi fihom referenzi qawwija għas-sess u alkoħol. Tkunux slavaġġ, ilgħabu b’responsabbilta.

6. Kif iż-żobb tirbaħ?

Wara li l-isfida sseħħ, erġgħu ibdew mill-bidu u rrepetu l-logħba sakemm tifilħu. Fl-aħħar tal-logħba, il-plejer li rebaħ l-aktar karti tal-mistoqsijiet huwa il-Ħarraj tal-grupp. Irbaħt king.

4 MODI KIF TILGĦAB

1. L-Oriġinali

Jekk għadek kemm taqra l-biċċa ta’ fuq, diġa taf kif tilgħab l-oriġinali. Jekk għandek aptit taqra, tista tkompli. 
Kulħadd ikollu karta tal-vot (Ħarraj). Aqraw mistoqsija u vvotaw għal plejer billi tqassmu l-karta tal-vot lilu. Il-plejer bl-aktar voti jżomm il-karta tal-mistoqsija bħala premju u jieħu karta bi sfida biex jagħmilha. Wara li tlestu l-isfida, terġgħu tibdew billi taqraw mistoqsija.

2. Interrogazzjoni

Il-plejer li qed jaqra l-mistoqsija biss jista’ jivvota għal Ħarraj. Il-Ħarraj ikollu jagħmel sfida. Jekk min qed jaqra l-mistoqsija jirrifjuta li jivvota, ikollu jixrob.

3. Bla Alkoħol

Għal dawk li jippreferu ma jixorbux, tistgħu tagħmlu l-isfidi xorta waħda, u jekk plejer jirrifjuta l-isfida, minflok jixrob, il-grupp jista’ jagħżel il-kastig tiegħu.

4. Anonima - App tal-Mowbajl

Skennja l-QR code tal-kaxxa li se tieħdok għas-sit tagħna, fejn tista’ tilgħab b’mod anonimu. Użaw mowbajl wieħed u daħħlu isem il-plejers kollha. Aqra karta tal-mistoqsijiet u użaw l-app biex tivvotaw. Kif jitla’ isem il-plejer li kellu l-iżjed voti, irid jieħu karta
bi sfida u jagħmilha.

Add to cart